Żewġt itfal tilfu ħajjithom filwaqt li 20 oħra indarbu wara li spiċċaw mgħaffġin f’rassa ta’ tfal fl-iskola primarja fiċ-Ċentru taċ-Ċina.
Intqal li għadd ta’ studenti kienu mrassin f’tojlit waqt il-mument ta’ mistrieħ tagħhom f’Puyang, meta numru ta’ studenti fosthom bdew jimbuttaw biex jgħaddu minn bejn ir-rassa.
Rapport ieħor fil-midja Ċiniża sostna li kawża tal-ammont tan-nies li kienu fil-kamra, ħajt minnhom spiċċa ġġarraf.
Dawk kollha li ndarbu ttieħdu l-isptar, fejn numru minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika.