Żewġ stabbilimenti tal-ikel u x-xorb f’Ħal Għaxaw u ż-Żejtun kienu mmultati €3000.
Dan wara li nqabdu joperaw bi ksur tal-avviż legali li għalaq dawn l-istabbilimenti.
Is-sejba saret it-Tlieta meta komplew l-ispezzjonijiet tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.