Marta Chanelys Liranzo Duval ta’ 18-il sena u mara oħra ta’ 25 sena li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’pussess tad-droga kokaina u ecstasy.
Iż-żewġ Spanjoli nqabdu waqt operazzjoni mill-uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Minn tfittxija li saret irriżulta li l-bagalja kellha qiegħ falz fejn hemmhekk instabet id-droga.
Intant fil-Qorti, iż-żewġ imputati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.
L-avukat Leontine Calleja, li deheret għal Duval talbet biex l-klijenta tagħha tiġi eżaminata minn tabib.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo laqgħet it-talba u rrakomandat li d-Direttur tal-Ħabs biex tabib jeżamina lil Duval li hija tqila.