Dalgħodu, fil-preżenza tal-pubbliku Projects Malta Ltd fetħet is-sottomissjonijiet b’rabta mas-Sejħa għal Proposti għad-disinjar, bini u tħaddim ta’ parkeġġ taħt l-art fil-Mosta.
B’kollox Projects Malta Ltd irċeviet żewġ sottomissjonijiet: City Square Parking JV u Express Car Parks JV.
Il-proċess li jmiss hu li s-sottomissjonijiet jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni, liema proċess iwassal għat-tħabbir tal-Preferred Bidder.
Kumitat Tekniku konġunt bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u Projects Malta Ltd li twaqqaf fix-xhur li għaddew se jkun qed jiġi konsultat fuq il-proposti li daħlu.
Il-Ministru Konrad Mizzi spjega kif dan il-proċess li qiegħed jiġi addottat jassigura li l-għażla ssir bl-aktar mod trasparenti filwaqt li jassigura li tiġi magħżula l-aħjar proposta għal dan il-proġett.