Żewġ operaturi nqabdu jiksru Avviż Legali 76 b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus. Wieħed minn dawn huwa kjosk f’Baħar iċ-Ċagħaq li ma segwiex ir-regolamenti u ġie mmultat.
Il-każ l-ieħor jinvolvi bar fil-Ħamrun li kien miftuħ u kellu n-nies ġewwa jixorbu. L-Awtorità intervjeniet wara li segwiet ir-rapport li wasal għand il-pulizija fejn l-operatur ġie mmultat u l-Awtorita’ se toħroġ avviż ta’ infurzar.
Fl-aħħar 24 siegħa saru iktar minn 890 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u sa issa n-numru ta’ spezzjonijiet jaqbeż il-15,130 spezzjoni. Iktar minn 12,270 spezzjoni saru f’Malta u aktar minn 2,860 saru f’Għawdex.