Żewġ sewwieqa ta’ muturi weġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Toyota IQ misjuqa minn mara ta’ sitta u għoxrin sena residenti Ħal Safi, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ sebgħa u sebgħin sena residenti Ħal Tarxien.
It-tieni inċident seħħ għall-ħabt tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal
Luqa. Mill-ewwel investigazzjonijiet, irriżulta li raġel ta’ tmienja u erbgħin sena li jgħix Ħaż-Żabbar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Triumph Speedmaster, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza,
fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.