Żewġ sewwieqa ta’ mutur ittieħdu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu u kienu involuti tliet muturi u karozza misjuqa minn Ġermaniża.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ wara li mutur minnhom skiddja u kellu impatt mal-bqija tal-vetturi oħra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi ħadu lill-vittmi l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.