Is-sewqan perikoluż mhux biss jipperikola ħajjet in-nies, imma huwa wkoll reat.
Infatti, il-Pulizija bdiet investigazzjoni immedjata wara li filmat u ritratt dehru riċentament fuq il-midja soċjali u li juru vettura allegatament tinstaq b’manjiera perikoluża ġewwa Ħal Luqa u vettura ohra li tidher qed tinstaq ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wassal biex iż-żewġ sewwieqa ġew identifikati u mitkellema mill-pulizija, filwaqt li akkużi mistennija joħorġu fil-jiem li ġejjin.