Żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta bejn mutur u karozza fi Fleur de-Lys. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:35.
Il-mutur tal-għamla SYM Jet kien misjuq minn raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara, filwaqt li l-karozza kienet misjuq minn anzjan ta’ 70 sena wkoll minn Birkirkara.
Il-kundizzjoni taż-żewġ sewwieqa għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…