Żewġ sewwieqa ta’ mutur; raġel ta’ 28 sena li jgħix il-Mosta u raġel ta’ 27 sena li jgħix is-Swieqi weġġgħu gravi wara ħabta ma’ żewġ karozzi.
Dawn ħabtu ma’ żewġ karozzi li kienu misjuqa minn raġel li jgħix il-Ħamrun u raġel ta’ 31 sena li jgħix l-Imsida.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija u anki tim mediku li ħa liż-żewġ xufiera tal-mutur l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.