Id-Demokratiċi Amerikani rebħu l-istati ta’ Kentucky u Virġinja, li huma tradizzjonalment Repubblikani. Dawn ir-riżultati jfissru daqqa għall-President Amerikan Donald Trump.
Andy Beshear, kandidat Demokratiku, rebaħ l-elezzjoni għall-Gvernatur ta’ Kentucky f’tiġrija qalila kontra l-Gvernatur Repubblikan Matt Bevin. Id-Demokratiċi ħadu l-kontroll ukoll taż-żewġ kmamar tal-leġiżlatura fl-istat ta’ Viġrinja għall-ewwel darba wara żewġ diċenji. Madanakollu, ir-Repubblikani żammew il-poter fl-istat ta’ Mississippi.
Minkejja li r-Repubblikani tilfu s-siġġu tal-gvernatur ta’ Kentucky, il-kandidati tal-istess partit kisbu ħames rebħiet fl-istat fosthom fis-sondaġġi għall-Avukat Ġenerali. Dawn ir-riżultati qed jitqiesu bħala stampa ċara dwar l-atmosfera politika qabel l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.