Żewġ Pulizija qed isofru minn ġrieħi ħfief wara li f’dik li kellha tkun l-isbaħ ġurnata għal koppja li żżewġet ilbieraħ kien hemm argument bejn żewġ persuni.
Meta s-Surġent u l-Kuntistabbli li kienu qed jipprovdu s-servizz tagħhom għal sigurta waqt it-tieġ u provaw jikkontrollaw il-kaos li nqala spiċċaw indarbu huma.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 f’sala tat-tiġijiet fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Wara dan l-argument ġiet arrestata persuna bl-għajnuna tal-Pulizija tal-RIU u tad-Distrett.