Dalgħodu ftit wara d-9.00, Spettur u Kuntistabbli bdew il-ġurnata b’sitwazzjoni mhux mistennija fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Iż-żewġ Uffiċjali kienu fi triqithom għall-ftuħ tal-attivitajiet li kienu se jsiru fil-Belt Valletta, b’rabta mal-ġimgħa ddedikata għall-Pulizija, meta waqt li kienu fil-vettura tas-servizz jistennew fit-traffiku, avvinċinahom raġel u talabhom l-assistenza peress li fil-vettura miegħu, kellu mara li kienet waslet biex twelled u kellhom bżonn jaslu l-isptar kemm jista’ jkun malajr.
Mingħajr telf ta’ ħin, l-Ispettur, flimkien max-xufier skortaw u waslu fil-ħin lill-koppja sa l-Isptar Mater Dei u minn hemm komplew fi triqithom sabiex jattendu l-attivitajiet li kellhom pjanati dalgħodu, fi Pjazza Ħelsien.