Il-professur Robert E Kelly irnexxilu jibqa’ kalm waqt intervista mal-BBC, meta ż-żewġ uliedu ddeċidew jisirqu x-xena. Dan għamluh b’mod dirett meta kien qed jixxandar mad-dinja kollha.
Kien qed jiddiskuti l-Korea ta’ Isfel meta l-ewwel daħlet bintu, u wara tarbija. Huwa jidħak u jiskuża ruħu, filwaqt li wara ftit tidħol mara fi stat ta’ paniku tgħin lit-tfal joħorġu ‘l barra.