Żewġ priġunieri inqatlu f’ħabs tal-għola sigurta f’Nebraska, it-tieni każ fatali fil-faċilità f’dawn l-aħħar sentejn.
L-uffiċjali sabu l-iġsma fil-post fejn kienu jgħixu, wara li l-Ħamis wara nofsinhar inqala argument hekk kif erbgħin priġunier ma ridux imorru lura fiċ-ċella tagħhom.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Direttur tal-ħabs Scott Frakes qal li kwalunkwe telf tal-ħajja huwa traġedja, filwaqt li spjega kif l-istaff ħadu ħsieb tas-sitwazzjoni bl-aħjar mod possibbli.
Filwaqt li ddeskriva l-imwiet bħala qtil, ma tax iktar dettalji fuq l-inċident jew l-identitá tal-mejta.