Id-difensur ta’ Birkirkara FC, Enrico Pepe u l-midfielder tat-tim Belġjan ta’ Royale Union Saint-Gilloise, Teddy Teuma ngħataw iċ-Ċittadinanza Maltija.
Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat saħaq li fl-interess tal-iżvilupp ta’ dan l-isport f’pajjiżna, dawn iż-żewġ plejers se jikkontribwixxu bis-sħiħ fil-potenzjal tagħhom u se jkomplu jsaħħu t-talent lokali.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għal-Isport Clifton Grima qal li dan huwa parti mill-proċess li permezz tiegħu se tkun qed tgħin l-isport f’pajjiżna.
B’din iċ-ċittadinanza, dawn iż-żewġ plejers huma eliġibbli sabiex jilgħabu mat-tim nazzjonali Malti.
Pepe ngħata ċ-Ċittadinanza bil-Mertu hekk kif huwa wieħed mill-aqwa difensuri li għandna f’pajjiżna u se jkun qiegħed jgħin bis-sħiħ lit-tim nazzjonali Malti.
Filwaqt li Teddy Teuma ngħata ċ-ċittadinanza Maltija hekk kif għandu dixxendenza Maltija u kwalifika awtomatikament għaċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna.
Preżenti kien hemm ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni Malta tal-Futbol Bjorn Vassallo.