Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku dalgħodu.
L-inċident seħħ fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa għal ħabta tas-6:35 a.m.
Raġel ta’ 49 sena mir-Renju Unit ħabat bil-vettura li kien qed isuq tat-tip Mazda Demio ma’ karozza Toyota misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Eritrea li jgħix Birżebbuġa. Fil-Mazda Demio kien hemm ukoll passiġier żagħżugħ ta’ 22 sena mis-Sarinam.
Ir-raġel ta’ 49 sena u ż-żagħżugħ ta’ 22 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard ġie ċċertifikat li s-sewwieq ta’ 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief.