Dalgħodu f’riħ qawwi, żewġ persuni ġew salvati minn baħar jibla’ l-art f’Wied iż-Żurrieq.
Il-Forzi Armati ta’ Malta ġew imsejħa jassistu għal talba għall-għajnuna minn żewġ persuni li sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar.
Fil-fatt, kellu jintuża ħelikopter tal-AFM biex isalva liż-żewġ persuni.
Sussegwentament, ittellgħu mill-baħar u ġew offruti l-assistenza medika.
L-awtoritajiet Maltin qed iwissu lill-pubbliku ġenerali biex jevita nħawi mal-baħar għal raġunijiet ovvji ta’ sigurtà, u jsegwu kull twissija li toħroġ b’rabta mat-temp.