Żewġ persuni ġew mmultati wara fl-aħħar sigħat nqabdu jiksru l-liġi ta’ kwarantina. Fl-aħħar 24 siegħa saru 500 spezzjoni madwar il-pajjiż.
Mindu bdew bl-ispezzjonijiet l-Pulizjia flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili għamlu 4,738 spezzjoni madwar Malta u Għawdex u nħarġu total ta’ 35 multa għal ksur tal-kwarantina obbligatorja.