Żewġ persuni nqatlu u ħames persuni ndarbu wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina fi Franza – f’każ li qed jitqies bħala attakk terroristiku. Persuni fuq il-post spjegaw kif l-aggressur daħal f’ħanut qrib Grenoble u attakka lis-sid tal-ħanut u klijenti li kienu preżenti dak il-ħin.
Minn hemm hu ħarab u daħal f’ħanut tal-laħam fejn attakka aktar persuni.
L-aggressur qed ikun deskritt mill-midja bħala Sudaniż.