Żewġ persuni ġew immultati €3,000 wara li ma nstabux id-dar u kisru l-liġi tal-kwarantina.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 524 spezzjoni madwar Malta u Għawdex. Il-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili sabu żewġ persuni jiksru l-liġi u għalhekk ġew immultati €3,000 kull wieħed.