L-aggressur t’attakk li ħalla persuna mejta u ħamsa oħra midruba fil-gżira Franċiża ta’ Korsika, qatel lilu nnifsu.
Il-Ministru għall-Intern Franċiż Christophe Castaner qal li l-ġisem bla ħajja tiegħu nstab waqt rejd tal-Pulizija.
Ir-raġel, li kellu madwar 60 sena, qabad jispara bl-addoċċ f’waħda mit-toroq ewlenin fl-inħawi ta’ Montesoro.
Fost il-midruba hemm tliet nisa u uffiċjal tal-Pulizija.
Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf, għalkemm rapporti fuq il-midja qalu li mhux marbut mat-terroriżmu.