Żewġ persuni jmutu u erbgħa oħra nieqsa mit-Tnejn wara li vapur tal-faħam bagħat sinjal ta’ allarm fil-kosta tat-Tramuntana fil-limiti tat-Turkija.
Il-vapur li jtajjar il-bandiera tal-Panama, li telaq mil-Port ta’ Azov fir-Russja, bagħat sinjal 148 kilometri barra l-Baħar l-Iswed fil-provinċja ta’ Samsun lill-gwardja tal-kosta tas-salvataġġ.
Il-gwardja tal-kosta tas-salvataġġ irċieva sejħa ta’ allarm dwar il-possibiltà li l-vapur jegħreq.
Il-gwardja tal-kosta tas-salvataġġ stqarr li “Sebgħa membri tal-kru ġew salvati u l-operazzjoni tas-salvataġġ tkompliet għall-erbgħa l-oħra”. L-operazzjoni kienet qed issir bl-għajnuna ta’ ajruplan, żewġ ħelikopters u żewġ dgħajjes.