Sewwieq ta’ mutur u mara ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li s-sewwieq tajjar lill-mara f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 fi Triq Dawret Ħal Għaxaq f’Ħal Għaxaq meta mutur tat-tip Yamaha misjuq minn anzjan ta’ 75 sena residenti Ħal Għaxaq tajjar mara ta’ 57 sena residenti Ħal Għaxaq.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu lis-sewwieq u l-mara l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.