Għall-ħabta tas-06:45 ta’ dalgħodu, żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li nqalbu bil-karozza fi Triq Xħajma fin-Nadur, limiti tax-Xewkija.
Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Kia Ceres, misjuqa minn raġel ta’ 68 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u vettura tat- tip Isuzu NKR, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena, residenti San Ġiljan. Kawża tal-impatt il-vettura tat-tip Isuzu spiċċat ġo għalqa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn iżjed tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.