Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li nqalbet karozza li kienet involuta f’ħabta fi Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard.
ONE News huwa infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45pm.
Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu l-persuni u tabib tal-emerġenza.