Sewwieq ta’ mutur u raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ filgħaxija.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta-tmienja neqsin kwart, fi Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mellieħa. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Ġermaniż ta’ 38 sena ntlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena min-Naxxar.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart, fi Triq il-Wied, Birkirkara. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel min-Nepal ta’ 30 sena u residenti s-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.