Mara ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 21 sena minn Birkirkara ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Il-ħabta seħħet bejn l-Ford Focus misjuqa mill-mara u vann tal-għamla DFSK misjuq mir-raġel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15 p.m. fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.