Żewġ persuni sofrew ġrieħi gravi wara li lbieraħ kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-18:30 fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta, li għal xi raġuni kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility u vettura tal-għamla Mitsubishi ASX.
Kawża tal-inċident, is-sewwieq tal-mutur, li għandu 36 sena residenti San Ġiljan u l-passiġġiera tiegħu – mara Olandiża ta’ 27 sena sofrew xi ġrieħi. Għaldaqstant, fuq il-post issejħet ambulanza li ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, ir-raġel ta’ 36 sena ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief. Is-sewwieq tal-vettura l-oħra li wkoll għandu 36 sena u joqgħod San Ġwann ma sofra l-ebda ġrieħi.