Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq tal-Barrani, Ħal Tarxien.
Il-każ ġara fis-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fejn seħħet ħabta bejn trakk tat-tip Iveco u karozza tat-tip Citroen,
ONE News jinsab infurmat li żewġ persuni fil-karozza ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza u sa issa għad mhux magħruf weġġgħux persuni oħra.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.