Raġel indarab gravi wara ħabta fil-Pieta’.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta u għaxra fi Triq Clarence, il-Pieta’.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot Expert misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Fgura u vettura tat-tip Suzuki Carry misjuqa minn raġel mill-Bangladesh ta’ 33 sena residenti l-Gżira u li flimkien mie għu kien hemm raġel ta’ 32 sena, ukoll mill-Bang ladesh.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll am bulanza li ħadet lis-sewwieq u l-passiġġier tas-Suzuki Carry l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-k ura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ta’ 33 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ta’ 32 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrie ħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-i nvestigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.