Raġel ta’ 28 sena u mara ta’ 35 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu kienu involtu f’ħabta f’bieb ta’ garaxx, fi Triq ix-Xatt, Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu.
Fi stqarrija ntqal li x-xufier, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat f’bieb ta’ garaxx.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ambulanza
ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ir-raġel ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.