Żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater dei għall-kura wara inċident fit-triq tal-Armier. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.20 wara ħabta bejn Ford Transit u Toyota Fun Cargo.
Il-vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żejtun, kellu ħmistax-il passiġġier abbord, b’Pollakk ta’ 29 sena jsofri xi ġrieħi.
L-isptar ittieħed ukoll is-sewwieq tal-karozza Fun Cargo, raġel ta’ 76 sena residenti f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-kundizzjonijiet tagħhom għadhom mhux magħrufa.