Mara ta’ 34 sena mill-Imġarr u passiġġier ittieħdu l-isptar wara li karozza li kienet qiegħda issuq kienet involuta f’ħabta ma’ żewġ karozzi oħra.
Waħda mill-karozzi l-oħra kienet misjuq minn raġel ta’ 33 sena mill-Mellieħa. Filwaqt li l-vettura l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena mill-Mellieħa. Il-kundizzjoni ta’ dawn iż-żewġ xufiera għadha mhix magħrufa.
L-inċident seħħ fi Triq Temi Zammit għall-ħabta tas-6:55 ta’ filgħodu.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…