Żewġ persuni, fosthom xufier ta’ karozza Albaniż ittieħdu l-isptar wara li sofrew ġrieħi żgħar.
Ftit tal-mumenti ilu, minkejja li d-dinamika tal-każ għadha qed tiġi studjata, sorsi ta’ ONE NEWS spjegaw kif karozza li kienet gejja mid-direzzjoni tal-Birgu għall-Kalkara baqgħet dieħla f’vettura li kienet qeda ddur mar-roundabout sabiex tidħol lejn il-parti ddejqa tax-xatt fejn hemm numru ta’ ristoranti.
Konsegwenzza t’ hekk, l-karozza baqgħet dieħla f’xi karozzi li kienu pparkjati.
Immedjatament issejjaħ tim mediku fuq il-post kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija.
It-triq tax-xatt tal-Kalkara tinsab magħluqa u l-aċċess għall-vetturi hu limitat.