Mara minn Nepal tinsab fil-periklu tal-mewt u oħra weġgħet gravi wara li ttajru minn vann fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Hompesch.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta f’dan l-inċident itajru żewġ nisa, it-tnejn minn Nepal, li għandhom 24 u 34 sena.
Huma ttajru minn vann tat-tip Toyota Hilux, li kien misjuq minn mara ta’ 20 sena li tgħix Birżebbuġa.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, flimkien mat-tabib tal-emerġenza Dr Jonathan Josyln.
Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei, bil-mara li għandha 24 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha, waqt li l-mara l-oħra ta’ 34 sena weġgħet gravi.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/01/07060234/WhatsApp-Image-2025-01-06-at-20.30.28-1024x576.jpeg)