Iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru Jum l-Awstralja spiċċaw fuq nota ħażina hekk kif żewġ persuni tilfu ħajjithom meta ġġarraf ajruplan żgħir li kienu qegħdin fih, propju biex jiċċelebraw l-istess ġurnata.
Il-vittmi huma l-bdot ta’ tnejn u ħamsin sena – missier ta’ tlett’itfal, u s-sieħba tiegħu ta’ tletin sena. L-ajruplan iġġarraf fi xmara li tinsab fil-Punent ta’ Perth.
Ċelebrazzjoni annwali ta’ spettaklu pirotekniku li kellha ssir ftit tal-ħin wara, u li ssoltu tiġbed lejha aktar minn tliet mitt elf spettatur, tħassret mall-ewwel. Il-Pulizija Awstraljana qalet li l-kawża tal-inċident għad trid tkun stabbilita.