Mark Tamas Zalavary u Agnes Suryani, koppja Ungeriża, baqgħu jinżammu arrestati wara li affaċċjaw akkużi marbuta ma’ traffikar ta’ droga fil-Qorti.
Hawn instema’ kif il-Pulizija kellha suspett li r-raġel kien qed jirċievi droga bil-posta. Fid-dar tal-koppja f’Birżebbuġa fil-fatt instab ammont sew ta’ droga eroina, MDMA u amfetamina, kif ukoll miżien.
Jidher ukoll li l-mara pruvat tarmi jew taħbi d-droga u saħansitra tikkorrompi l-Pulizija b’amont ta’ flus, u r-raġel allegatament insulenta l-Pulizija u rreżista l-arrest. Hu allegatament instema’ jgħid ukoll li jixtieq li kellu l-Covid-19 biex jinfettahom kollha.
Huma ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.