Żewġ persuni jintlaqtu minn vettura f’inċidenti separatiAktar kmieni llum, anzjana u tifel iddaħħlu l-isptar għall-kura wara li ntlaqtu minn vetturaf’inċidenti separati.L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs (1130hrs) fi Triq in-Naxxar, Birkirkara. Ilmara ta’ 72 sena mill-Mosta ntlaqtet minn karozza Peugeot 307 misjuqa minn raġel ta’ 43sena residenti Marsaskala.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart (1145hrs), fi Triq San Ġwann Bosco, Tas-Sliema,intlaqat tifel ta’ sentejn. Fl-inċident kienet involuta karozza Suzuki SX4 misjuqa minn raġel ta’44 sena residenti l-Imtarfa.Fiż-żewġ inċidenti ssejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-vittmi. Huma ttieħdu l-IsptarMater Dei għal aktar kura u aktar tard ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.