Żewġ uffiċjali tas-sigurtà inqatlu filwaqt li raġel ieħor sofra ġrieħi, fl-ajruport prinċipali tal-Moldova.
Huma nqatlu minn raġel ta’ 43 sena, li ma tħalliex jidħol fil-pajjiż.
Is-suspettat ġarrab ukoll xi ġrieħi.
L-Ispettur Ion Munteanu, qal li l-isparatura qed tiġi trattata bħala attakk terroristiku, minkejja li m’hemmx evidenza ta’ parteċipazzjoni f’xi grupp terroristiku.
L-investigaturi mhux jeskludu l-possibilità li hemm aktar persuni involuti.
Il-Prim Ministru Dorin Recean spjega li l-allegat qattiel allegatament ħa l-arma tan-nar mingħand pulizija.
L-imputat ġej mit-Tajikistan, pajjiż fl-Asja ċentrali, u wasal il-Moldova mill-Istanbul.
Huwa allegatament qala’ 10 tiri, li aktar tard ġie operat għalihom. Huwa qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.
L-ajruport tal-Moldova, jintuża ħafna drabi mill-Ukreni li jridu jaħarbu mill-pajjiż, minħabba l-invażjoni Russa f’pajjiżhom.