Mara tinsab fil-periklu tal-mewt u raġel weġġa’ gravi wara li kienu nvoluti f’inċident ħdejn is-Central Link f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa, meta seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 53 sena minn Ħaż-Żabbar u Porsche misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn Ħ’Attard.
Passiġġiera fit-Toyota kien hemm mara ta’ 50 sena mill-Imsida.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza lill-persuni li nqabdu fit-Toyota u ttieħdu l-isptar b’ambulanza.
Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji filwaqt li r-raġel weġġa’ gravi.
Is-sewwieq tal-Porsche kellu jittieħed l-isptar ukoll minħabba xokk.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.