Żewġ persuni indarbu gravi wara inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar illum wara nofshinar fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar, b’konsegwenza li t-tnejn li huma ġarrbu xi ġrieħi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard iż-żewġ persuni kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.