Żewġ xuffiera ta’ karozza, mara ta’ 34 sena minn Tal-Pieta’ u raġel ta’ 61 sena mill-Belt weġgħu gravi wara ħabta bejn tliet karozzi fil-Furjana.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u kwart fi Triq l-Assedju l-Kbir.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’din il-ħabta kienu involuti ż-żewġ xufiera u t-tielet karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt.
Fuq il-post marret il-Pulizija u anki tim mediku li ħa ż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.