Kumpanija privata Amerikana li għandha rokit li jispara kapsula spazjali, SpaceX, ħabbret li se tkun qed itella’ żewġ ċittadini privati li ħallsu biex iduru dawra mal-qamar.
Ir-rokit mistenni li jitla’ fl-ispazju lejn l-aħħar tas-sena 2018 fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX, Elon Musk, qal li “it-turisti diġà ħalsu ammont kbir f’depożitu.”
Hu żied jgħid li “din hi turija kif se jkun hemm opportunitajiet għall-umani biex jitilgħu fl-ispazju għall-ewwel darba f’45 sena.”
Iż-żewġ persuni, li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, se jkunu qed jitilgħu fl-ispazju, fejn l-ewwel prova se tkun qed issir lejn l-aħħar ta’ din is-sena.