Żewġ persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li sofrew il-konsegwenzi serji taż-żewġ każijiet li seħħew dalgħodu.
F’Ħal Luqa, raġel ta’ 52 sena minn Birżebbuġa kien aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Kien il-vittma stess li mar l-għassa ta’ Ħal Luqa jitlob l-assistenza medika fejn issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei.
Il-Pulizija qiegħda żżomm raġel ta’ 44 sena minn Ħal Luqa bbiex jgħinnha fl-invetigazzjonijiet.
F’każ separat raġel ta’ 27 sena minn Ħat-Tarxien sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fil-Fgura.
Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 11:15 a.m. fi Triq San Tumas il-Fgura.
B’rabta ma’ dawn il-każijiet infetħu żewġ inkjesti mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Fiż-żewġ każijiet l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.