Żewġ persuni għadhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
Għal mistoqsija tal-ġurnalista ta’ ONE News, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci sostniet li hemm persuna fl-ITU li tinsab fuq ventilatur u hija f’qagħda stabbli filwaqt li persuna oħra għadha fl-ITU għall-osservazzjoni.
Il-Professur Gauci spjegat li hemm persuni oħra li qed jinżammu fl-isptar Mater Dei, fi sptar privat u anki fl-isptar Monte Karmeli.