Fin-12:30 ta’ waranofsinhar se jitressqu l-qorti taħt arrest dawk li kienu responabbli mill-inċident fi Triq Joseph Abela Scolaro u Triq Antonio Miruzzi, f’Santa Venera, li fih tilfet ħajjitha omm, bil-familja spiċċaw bla dar.
Il-Perit tal-proġett ta’ 36 sena residenti r-Rabat, is-Site Technical Officer li huwa ukoll Perit ta’ 72 sena residenti l-Gżira, il-kuntrattur ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u ħaddiem ta’ 42 sena residenti l-Imqabba.
Huma se jkunu akkużati bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun, kif ukoll li għamlu ħsarat fuq proprjetajiet ta’ ħaddieħor, u li naqsu milli josservaw dikjarazzjoni tal-metodu, fost diversi akkużi oħrajn.
Huma se jitressqu quddiem il-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras.