Ilbieraħ it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-18 il-sena ħalla pajjiżna sabiex jilgħab żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija kontra Ċipru. Iż-żewġ partiti ser jintlagħbu fil-Paralimni Municipal Stadium fil-belt ta’ Famagusta.
L-ewwel impenn għal Maltin ikun għada filwaqt li t-tieni partita tintlagħab nhar il-Ħadd.
Iż-żewġ partiti ser iservu ta’ preparazzjoni għal Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-19 il-sena li ser ikunu qed issiru f’pajjiżna f’Lulju tas-sena dieħla.
Andrew Borg, Jake Micallef, Lucas Caruana, Isaiah Micallef u Ivin Farrugia kellhom l-opportunita li aktar kmieni din il-ġimgħa jsegwu u jitħarġu mat-tim nazzjonali A taħt il-gwida ta’ Devis Mangia.
Il-grupp ta’ 23 plejer taħt il-gwida ta’ Alessandro Zinnari u Stefano Grima li vjaġġaw lejn Ċipru huma dawn:-
Goalkeepers
Beppe Mangion (St. Andrews FC), Karl Sargent (Birkirkara FC).
Difensur
Sasha Cachia (Racing d’Algemesí) (Spain), Ivin Farrugia (Pieta’ Hotspurs FC), Jake Micallef (San Ġwann FC), Deacon Abela (Valletta FC), Tristan Viviani (San Jose Earthquakes Academy (USA), Sven Xerri (Ħamrun Spartans FC).
Midfielders
Neil Meli (Valletta FC), Andrew Borg (St. Andrews FC), Lucas Caruana (Hibernians FC), Jake Grech (Balzan FC), Giuseppe Bonanno (Balzan FC), Matteo Gambin (Birkirkara FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Nathan Cross (Birkirkara FC), Benjamin Hili (San Ġwann FC).
Attakanti
Zak Barbara (Valletta FC), Brooklyn Borg (Pieta’ Hotspurs FC), Sean Gatt (St. Andrews FC), Shaisen Attard (Ħamrun Spartans FC), Jamie Scerri (Swieqi United FC), Isaiah Micallef (Valletta FC).