Żewġ ostaġġi Iżraeljani, li ġew irrilaxxati mill-Hamas f’Gaża, waslu l-Iżrael.
Avera Mengistu. u Tal Shoham, intlaqgħu minn folol f’Tel Aviv. Dan filwaqt li erbgħa ostaġġi oħra huma mistennija li jiġu rrilaxxati f’Nuseirat, fiċ-Ċentru ta’ Gaża, fl-aħħar fażi tal-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u Gaża. Iżrael, huwa mistenni wkoll li jirrilaxxa 602 priġunier Palestinjan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara li kelliema għal Iżrael, qalu li l-katavru rritornat din il-ġimgħa, ma kienx dak ta’ Shiri Bibas. Dan filwaqt li l-familja qalu li l-katavru tagħha ġie rritornat lill-familja.