Żewġ Olandiżi ġew kkundannati 6 snin u nofs ħabs kull wieħed wara li ammettew li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga kokaina.
Belkins Mildred Marquez Del Toro u Justina Junior Angel kienu akkużati li fit-28 ta’ Novembru ta’ 8snin ilu, u fix-xhur ta’ qabel assoċjaw irwieħhom ma’ persuni oħra biex tiġi ttrafikata l-kokaina, li impurtawha u li kellhom fil-pussess tagħhom din l-istess droga.
Iż-żewġ Olandiżi nqabdu fil-pussess ta’ 774 gramma eroina li kellha purità ta’ 35% u bil valur ta’ kważi €53,000.
Huma għażlu li jammettu flok jgħaddu ġuri.
Huma weħlu wkoll multa ta’ €7,000 kull wieħed.